Madwar 800,000 flixkun miġbur fi tmiem il-ġimgħa permezz tal-iskema tar-riċiklaġġ

Fi żmien tliet ġimgħat inġabru aktar minn 4.5 miljun flixkun 

Fl-ewwel tiet ġimgħat tal-iskema tal-Beverage Container Refund Scheme (BCRS) ġew miġbura aktar minn 4.5 miljun flixkun u bott dan filwaqt li sa' nhar il-Ħadd inġabru 800,000 minnhom. 

Kelliem għall BCRS Malta qal li "qed isiru aġġustamenti maż-żmien biex jitjieb l-operat ta' din l-iskema. Madwar 90% ta' 320 magna madwar Malta u Għawdex qed jaħdmu kf suppost minkejja d-domanda qawwija għall-użu tagħhom." 

BCRS Malta fakkar li għal dawn l-aħħar snin Malta kienet fost l-aktar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea biex tirriċikla u għaldaqstant jinsab kommess li jgħolli l-livelli biex jibbenefika l-ambjent. 

More in Politika