Wara li lbieraħ Steward Health Care Malta (SHCM) ressqet l-appell tagħha kontra d-deċiżjoni tal-Qorti, li irrevoka l-konċessjoni tal-isptarijiet illum ħabbret li se tkun qed tittermina l-konċessjoni tal-isptarijiet. Fl-istqarrija qalet li dan għamlitu minħabba li kien hemm ksur kummerċjali fil-ftehim għall-konċessjoni tal-isptarijiet.
Din il-konċessjoni tinkludi l-immaniġġjar u l-opertat tat-tliet Sptarijiet dak ta': St Luke's, Karin Grech, l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-iskola medika ta' Barts.
"Il-prioritajiet tal-kumpanija jibqgħu l-benesseri u t-trattamenti tal-pazjenti u l-ħaddiema. SHCM u Steward Health Care International (SHCI) dejjem operaw bl-ogħla standards u professjonalità, inkluż ukoll b'xewqa ta' governanza tajba u trasparenza."
SHCM qalet li hija iddiżappuntata bil-falliment tal-Gvern Malti li "naqas milli jieħu responsabilità tal-azzjonijiet tiegħu, jwettaq l-iskrutinju u jinnegozja mill-ġdid it-termini tal-konċessjoni." Dan apparti li qalet li l-Gvern naqas milli jagħtiha aktar finanzi biex imexxu l-isptarijiet skont dak li kien miftihem.
Apparti minn hekk SHCM esprimiet it-tħassib tagħha fuq in-nuqqas ta' saltna tad-dritt mill-Qorti Maltija u nuqqas ta' appoġġ u protezzjoni għall-investituri barranin minħabba l-fatt illi Malta kienet fil-grey list tal-FATF, "li tidentifika defiċenzi strutturali serji fil-Governanza Maltija u regolazzjoni, li jmorru kontra l-valuri ta' SHCI."
Fl-aħħar Steward qalet illi l-fatt illi "l-Gven ma appellax is-sentenza fil-Qorti juri ammissjoni ta' ħtija fuq il-fallimenti tal-governanza tiegħu stess."