Uffiċjali: Imħabbar il-kabinet ġdid ta' Robert Abela
Aaron Farrugia jitkeċċa mill-kabinet, hekk kif Chris Bonett se jkun Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi
More in Politika
Aaron Farrugia jitkeċċa mill-kabinet, hekk kif Chris Bonett se jkun Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi
Robert Abela sejjaħ lill-kabinet tiegħu għall-ewwel reshuffle tiegħu mill-elezzjoni ġenerali tal-2022.
Hawn tħabbar b'mod uffiċjali li Chris Fearne se jkun qed jiġi nominat ta’ Malta għall-kariga ta’ Kummissarju Ewropew wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Ġunju li ġej. Għalhekk, huwa se jkun qed jirriżenja mill-kariga ta' Ministru għas-Saħħa, u minflok inħatar bħala Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
Intant, il-bidliet l-oħra jinkludu lil Jo Etienne Abela li se jservi bħala Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva. Dan filwaqt li Malcolm Paul Agius Galea se jkun Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva.
Fil-portafoll tiegħu, il-Ministru Jonathan Attard se jżomm il-Ġustizzja u r-Riforma, filwaqt li jżid is-Settur tal-Kostruzzjoni.
Chris Bonett, li sal-bieraħ kien Segretarju Parlamentari, se jkun Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi. Omar Farrugia se jkun Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru ta' Bonett.
Clint Camilleri se jibqa' Ministru għal Għawdex, filwaqt li jżid l-Ippjanar fil-portafoll tiegħu.
Miriam Dalli se tkun Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.
Silvio Schembri se jkun Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi.
Intant, Clayton Bartolo se jkun Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika, filwaqt l-membru Parlamentari Glenn Bedingfield se jkun Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika.
Stefan Zrinzo Azzopardi se jkun Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.
Il-Kabinett tal-Ministri huwa ffurmat kif ġej:
Chris Fearne - Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur
Owen Bonnici - Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Ian Borg - Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Michael Falzon - Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Anton Refalo - Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali
Roderick Galdes - Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli
Silvio Schembri - Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi
Julia Farrugia Portelli - Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat
Clint Camilleri - Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar
Byron Camilleri - Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza
Clayton Bartolo - Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika
Miriam Dalli - Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
Clyde Caruana - Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol
Clifton Grima - Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Stefan Zrinzo Azzopardi - Ministru għall-Artijiet u għall-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali
Jonathan Attard - Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni
Jo Etienne Abela – Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva
Chris Bonett – Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi
Segretarji Parlamentari
Andy Ellul – Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru
Alison Zerafa Civelli – Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Keith Azzopardi Tanti – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Rebecca Buttigieg – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza fil-Ministeru għall-Intern, isSigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza
Alicia Bugeja Said – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali filMinisteru għall-Agrikultura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali
Malcolm Paul Agius Galea - Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva
Omar Farrugia – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi
Glenn Bedingfield – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika