Adrian Delia se jieħu post Stephen Spiteri u jingħata l-portofoll tas-Saħħa, filwaqt li Rebekah Borg ser tingħata l-Ambjent mingħand Janice chetcuti; Graham Bencini se jingħata l-portofoll mingħand Jerome Caruana Cilia tal-Finanzi, dan skont stqarrija tal-PN.
Bla dubju l-ħidma ta' Delia fil-każ tal-VGH kienet ta' kontribut għall-ħatra tiegħu bħala shadow Minister tas-Saħħa. Adrian Delia kien fetaħ kawża il-Qorti illi fiha kien talab biex ikun nullifikat il-kuntratt li oriġinarjament kien iffirmat mal-Vitals Global Healthcare. L-Imħallef Franceso Depasquale kien iddikjara l-kuntratt mal-Vitals Global Healthcare null u ddeskrivih bħala "frodi" minn fuq dahar il-poplu minn naħa ta' Steward u l-preseċessur tagħha, Vitals Global Healthcare.
Intant, jidher li David Agius mistenni jibqa' Deputat Speaker tal-Parlament kif ukoll responsabbli mill-Fondi tal-UE u l-Isports.