L-eks kap tal-kamra tal-aħbarijiet Norma Saliba qed tiġi mmexxija bħala l-kandidata preferuta ta' Robert Abela kontra l-kandidat l-ieħor Alex Sciberras, l-eks sindku Laburista tal-Msida u kkunisdrat mid-delegati tal-PL bħala ħassieb politiku u persuna aktar idonja għal kariga ta' President.
Filwaqt li jidher li Saliba ma għandha ebda esperjenza fil-Partit Laburista, Sciberras li huwa t-tifel tal-mibki l-Imhallef Philip Sciberras kien wieħed mill-iktar nies viċin il-Ministru Chris Fearne u attiv fuq medda ta' żmien fil-PL. Fi żmien il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ukoll konsulent legali f' Kastilja . Kien attiv f'bosta għaqdiet fosthom Graffiti meta kien iżgħar u għandu fama ta' persuna li huwa xellugi iżda moderat fl-istil tiegħu. Minn naħa l-oħra Saliba hija xandara, saret kap tal-aħbarijiet wara li kien telaq Reno Bugeja. Fi żmien meta kienet kap tal-kamra tal-aħbarijiet kien hemm differenzi kbar maċ-ċermen tal-PBS Mark Sammut u kellha titlaq. Kienet ikkritikata kemm il-darba mill-Partit Nazzjonalista għall-istil ta' rappurtaġġ li skont il-PN kien wieħed iżbilanċjat.
Sciberras huwa propost minn Ian Borg u Clifton Grima. Minn naħa tagħħa Saliba hija proposta minn Alex Agius Saliba u Ian Borg. Minkejja li kienet imwarrba minn kap tal-aħbarijiet Saliba xorta hija l-kandidata preferuta ta Abela. Imma dan ma jfissirx li Saliba x'ser tirbah il-qlub kollha tad-delegati. Sciberras kien wera interess li joħroġ għal deputy leader party affairs, imma dan ma seħħx wara li Abela għamel minn kollox li jiġi appuntat Alex Agius Saliba li huwa wkoll membru parlamentari fil-parlament Ewropew.