L-Awtorità tal-Ippjanar tikkonsidra tespandi ż-żona ta' konservazzjoni urbana fil-Pietà

Il-Kunsill Lokali tal-Pietà jagħmel talba għal din l-espansjoni, bil-Kap tal-Awtorità Johann Buttigieg jilqa' l-proposta

L-Awtorità tal-Ippjanar bdiet tassessja l-fruntieri tal-żona ta' konservazzjoni urbana fil-Pietà u rħula oħra fiż-żona tal-Port tat-Tramuntana wara talba mingħand il-Kunsill Lokali tal-Pieta sabiex jespandi t-tali spazju fir-raħal tagħhom.

Is-sindku tal-Pietà Stefano Savo spjega lil MaltaToday kif l-espansjoni ta' din iż-żona fil-lokalita tiegħu hija essenzjali, minħabba li hemm siti importanti, bħas-Santwarju tal-Madonna ta' Fatima, li ma jaqawx taħt il-Pieta fil-konfini kurrenti.

Is-Santwarju huwa t'importanza kbira għar-raħal, u Savo jenfasizza l-importanza li ż-żona tal-madwar tiġi ppreservata, speċjalment il-pjazza tar-raħal magħrufa bħala 'z-zuntier', li hija ċentrali għal ħafna avvenimenti bħal festa tal-Madonna ta' Fatima. Savo jgħid li dawn iż-żoni għandhom jsiru parti mill-UCA sabiex jkun żgur protetti.

L-assessjar mill-Awtorità tal-Ippjanar tista twassal għal reviżjoni tal-pjan lokali, u anke estensjoni taż-żoni storiċi f'din iż-żona. Din ir-reviżjoni tista twassal għal estensjoni tal-konfini ta' żoni ta' konservazzjoni urbana li ilhom ma jinbidlu mill-2006.

Iż-żoni ta' konservazzjoni urbani s-soltu jkollhom kopert il-qalba tar-raħal fejn regolazzjoni tal-ippjanar ikunu iżjed retti, bil-prevenzjoni ta' tkissir ta' bini antik u konservazzjoni minn żvilupp bla rażan.

Sidien tal-propjeta f'dawn iż-żoni inkluż first-time buyers, jibbenefikaw minn inċentivi sostanzjali mill-gvern.

Il-manifest elettorali tal-Partit Laburista jwiegħed li l-gvern ħa "iddefinixxi b ’mod irrevokabbli" dawn iż-żoni, b'estensjoni ta' "inklużjoni ta' żoni ġodda" fil-konfini tagħhom. L-istess manifest jeżiġi l-istabbiliment ta' "buffer żone" madwar iż-żoni ta' konservazzjoni urbana sabiex jiġu protetti mill-iżvilupp tal-madwar.

F'intervista mal-gazetta oħt MaltaToday, Il-Kap tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg esprima "sodisfazzjoni" bit-talba tal-kunsill lokali tal-Pieta. Hu kkonferma li l-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar ta struzzjonijiet lid-Direttorat tal-Ippjanar sabiex tanalizza l-fruntieri ta' dawn iż-żoni fl-irħula kollha fir-reġjun tal-Port tat-Tramuntana, iġifieri l-Pietà, l-Imsida, il-Gżira, Ta'Xbiex, San Ġwann, Tas-Sliema, Is-Swieqi, Pembroke u San Ġiljan.

L-għan huwa li jassessjaw jekk dawn il-konfini għandhomx jiġu revisti u possibbilment estiża. Buttigieg qal li hemm xi żona li għandhom ikunu protetti imma m'humiex parti miż-żona waqt li hemm oħrajn li m'għandhomx ikunu parti miż-żona.

Dan l-assessjar huwa parti minn inizjattiva ikbar tal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tirfina regolazzjoni tal-ippjanar b' "interventi kirurġiċi", skont Buttigieg, li ħa jsiru fl-attwali qabel l-Awtorita tapprova il-Pjan Strateġiku ġdid għall-Ambjent u Żvilupp, qabel ma jgħaddu għal pjanijiet lokali.

More in Politika