90 pillola jinstabu f'ċella ta' ħabsi

Aktar suċċessi fil-Faċilità ta' Kordin

Ilbieraħ għall-ħabta tas-6pm saret spezzjoni f’Diviżjoni 12 minn membri tal-iSpecial Response Team (SRT). Waqt l-ispezzjoni, f'armarju f’ċella nstabu mad-disgħin pillola li huma maħsuba li huma steroids.

Mill-ewwel ittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront tal-priġunier li nstab b’dan l-ammont. Aktar stħarriġ għadu għaddej mill-Pulizija mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid.

Dawn l-ispezzjonijiet għal sustanzi illeċti fil-Faċilità Korretiva jsiru kontinwament sabiex jiġi assigurat li l-Facilità Korrettiva hija post fejn ir-residenti jistgħu jirriformaw.

More in Qrati u Pulizija