Jumejn arrestata wara li għajret xufier tal-linja 'asshole'

Il-mara irreżistiet lil pulizija li ssejħu mix-xufier li ma riditx tagħlaq il-puschair għax kellha t-tarbija rieqda

 

 "Tal-mistħija" qalet l-avukat Giannella Demarco fil-qorti, "li persuna tinżamm arrestata għal 47 siegħa (jumejn) għax allegatament għajret lix-xufier 'asshole'." Hi kompliet tgħid li x-xufier li abbanduna l-karrozza tal-linja biex mar l-għassa tal-pulizija għal din il-mara.

L-argument beda meta mara Ukrena ma tħallietx titla l-karrozza tal-linja jekk ma tagħlaqx il-pushchair fejn kellha tarbija ta' sentejn rieqda fiha. Polina Gutshabes ta' 25 sena teklgħet tal-linja minn San Pawl il-Baħar għal tas-Sliema nhar il-Ħadd wara nofs in-nhar. Ix-xufier talabha tagħlaq il-pushchair biex jidħlu aktar nies. Hi weġbitu li binha kien rieqed u ma setgħetx tgħalqu. Ix-xufier għalhekk qalilha bie xtinzżel minn fuq il-karrozza u ma riedx jagħtiha flusha lura. Hawnhekk il-mara nsulentat lix-xufier billi għajritu 'asshole' bix-xufier jitlaq il-karrozza u jmur għal pulizija. Żewġ pulizija, waħda minnhom mara talbuha tinżel u hi rrifjutat u għalhekk kellhom iniżżluha bil-forza filwaqt li żewġha u wliedha baqgħu jħarsu.

L-ispettur Elton Taliana akkuża lil Gutshabes li rreżistiet lil pulizija, heddithom u m'obdietx l-ordnijiet tagħhom u qal ukoll li l-mara kienet isterika u bdiet ixejjer bis-sieq fejn laqtet lil pulizija mara f'sidirha u saqajha u girfitha.

Gutshabe ħarġet fuq pleġġ ta' €500  u garanzija personali ta'  €5,000.
 

 

More in Qrati u Pulizija