Erba’ rġiel u mara mistennija jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ sensiela ta’ serqiet li seħħew matul dawn l-aħħar ġimgħat f’Tas-Sliema, l-pulizija qalet dalgħodu.
F’konferenza stampa fid-Depot tal-Pulizija, l-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar qal li grazzi għal investigazzjoni intensiva tal-pulizija, ġew solvuti 15-il serqa li seħħew fl-ewwel disa’ xhur tas-sena u 13-il serqa oħra li seħħew is-sena l-oħra.
Il-Kummissarju tal-Pulizija spjega kif grupp ta’ kriminali magħmul minn żewġ rġiel mill-Ġorġja, ieħor mill-Polonja u żewġ nisa mill-Kyrgzstan u l-Litwanja. Dan il-grupp kriminali kien qed jgħix f’San Pawl il-Baħar.
Huwa sostna li l-unika raġuni għalxiex il-puliizja ma qalet xejn qabel kienet biex ma tkunx effetwata l-investigazzjoni tal-pulizija. Huwa spjega kif kien hemm bosta pulizija pajżani, pulizija tad-distrett, u anke pulizija mis-sezzjonijiet tat-traffiku. Biss biss, kien ikun hemm madwar 30 uffiċjal tal-pulizija jagħmlu r-ronda kull filgħaxija.