Natius meħlus għax l-Imħallef ħa żball

L-imħallef Giovanni Grixti talab maħfra presidenzjali biex jirrevoka d-deċiżjoni tiegħu

Is-sindku Żurrieqi Ignatius Farrugia inħeles mill-ħabs iktar kmieni llum wara li ngħata s-sentenza ta' erbat ijiem ħabs bi żball tal-Imħallef, wara li farrugia nstab ħati li ta fastidju lil Daphne Caruana Galizia fl-2013.

Farrugia ntbagħat il-ħabs wara li l-appell inqata' kontrih. Iżda s-sentenza ma setgħetx tibgħatu l-ħabs hekk kif l-Imħallef ma setgħax jagħti sentenza iktar ikbar għal dak li kien irriżulta fil-kawża prinċipali. F'dan il-każ, Farrugia kien ingħata multa ta' €2,500 u ordnat li ma jersaqx lejn Caruana Galizia.

Minħabba f'hekk, l-Imħallef Giovanni Grixti kiteb lill-President biex tagħti maħfra presidenzjali biex tikkonferma l-ħelsien tas-sindku.

"L-imħallef għamel żball uman, imma kien raġel biżżejjed biex jirrikonoxxi dan u jikteb lill-President biex tagħti l-maħfra lil Farrugia, u b'hekk taċċerta li Farrugia jinħeles," qal Franco Debono, li l-uffiċċju tiegħu kien qed jirrapreżenta lil Ignatius Farrugia.

More in Qrati u Pulizija