Mutur jista jipparkja f'parkeġġ ta' karrozza

Anke jekk hemm parkeġġ tal-mutur vojt ħdejh

Persuna fuq facebook ġibed ritratt ta' mutur jieħu l-post ta' parkeġġ ta' karrozza meta dan l-istess mutur għandu post fuq in-naħa l-oħra tat-triq riservat għal muturi. Kienu diversi l-kummenti li għamlulu fuq dan il-'post' ta' facebook fejn l-istess persuna qal li mar l-għassa tal-pulizija tal-Fgura biex jirraporta l-każ. Sadattant il-pulizija tefgħet messaġġ fuq il-facebook fejn kitbet li l-mutur għandu dritt jipparkja fi spazju ta karrozza u mhux qed jikser l-ebda liġi. Interessanti u ta' min ifaħħar lil pulizija li bit-tweġiba tagħha edukat lil poplu li ma kienx jaf il-liġi. L-edukazzjoni dwar il-liġijiet hi mportanti mmens.

More in Qrati u Pulizija