Raġel isofri ġrieħi gravi wara argument fil-Fgura

Raġel ta’ 25 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara li sofra feriti b’arma li taqta’ u bil-ponta fi Triq Pace u Grasso 

Raġel ta’ 39 sena residenti l-Fgura qiegħed jassisti lill-Pulizija b’rabta ma’ feriment li seħħ ilbieraħ waranofsinhar fil-Fgura. 

B’rabta ma’ dan il-każ, raġel ieħor sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabet raġel ta’ 25 sena residenti l-Kalkara, bi ġrieħi f’idu, allegatament b’arma li taqta’ u bil-ponta, filwaqt li l-allegat aggressur ħarab minn fuq il-post. 

Il-Pulizija kienu infurmati għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, li hemm bżonn l-assistenza fi Triq Pace u Grasso. 

Waqt li r-raġel ta’ 25 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, ir-raġel l-ieħor ġie arrestat ftit tal-ħin wara. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija