Uffiċjal tal-LESA ta' 48 sena ittieħdet l-Isptar u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħodu ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq D’Argens, l-Imsida.
Minnufih il-Pulizija marru fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn mutur tas-servizz tal-LESA u Opel Astra misjuqa minn raġel mill-Italja ta’ 58 sena.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.