L-artiklu ġie aġġornat is-Sibt fis-1:29pm, f'dettalji ġodda.
Koppja Maltija, li tinsab fil-lista tal-aktar persuni mfittxija fl-Ewropa, instabu lbieraħ.
Rapporti tat-Times u TVM, spjegaw kif Jomic Calleja Maatouk ġie arrestat fil-Libja, filwaqt li martu Marzia instabet mejta.
Skont ir-rapporti, il-pulizija mxiet fuq rapporti li rċiviet, meta Calleja Maatouk instab qrib Tripli, mill-awtoritajiet Libjani.
Times jirraportaw ukoll li Marzia Calleja Maatouk instabet mejta, bl-awtopsja ssir fil-jiem li ġejjin.
F’Lulju tas-sena l-oħra, Jomic Calleja Maatouk ġie kkundannat ħames snin ħabs, fuq importazzjoi ta’ splussivi mill-Istati Uniti.
Madwar xahar wara, waqt li kien qed jistenna l-Qorti tal-Appell tisma’ l-kawża tiegħu, ġie rraportat nieqes, bil-pulizija jikkonfermaw li huwa ħarab minn Malta.
Martu, ta’ 23 sena, kienet ukoll ikkundanata għal 15-il xahar ħabs, wara li nstabet ħatja ta’ pussess ta’ kannabis bil-għan li tkun traffikata.
Indikazzjonijiet kien wrew li l-kopja kienet waslet sas-Serbja, l-Italja, u xi pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq.
Għaldaqstant, il-Europol għadu ma kkonfermax l-arrest.