Raġel ta’ 39 sena sofra ġrieħi serji wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fl-inħawi ta’ Daħlet Qorrot, in-Nadur. L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-5.30pm.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 39 u residenti r-Rabat, Għawdex sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum. Xi nies li kien hemm fil-viċin taw l-ewwel għajnuna u tellgħu lir-raġel mill-baħar.
Tim mediku assista lir-raġel fuq il-post, qabel ma ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat f’qagħda serja.
Il-Maġistrat Simone Grech qed tmexxi l-inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin