Seba' rġiel mfittxija mill-pulizija b'ordni tal-Qorti

Il-pulizija qed tfittex seba’ persuni differenti, tlieta barranin u erbgħa Maltin, sabiex jidhru l-Qorti. Huma qed jiġu mfittxija fuq ordni tal-Maġistrat

Il-pulizija qed tfittex seba’ persuni differenti, tlieta barranin u erbgħa Maltin, sabiex jidhru l-Qorti. Huma qed jiġu mfittxija fuq ordni tal-Maġistrat.

L-irġiel huma:

  • Andre Bugeja ta’ 25 sena
  • Pierfrancesco Tramontozzi, Taljan ta’ 33 sena
  • Svein Zammit ta’ 33 sena
  • Clint Scerri ta’ 32 sena
  • Aca Bozovic, Kroat ta’ 28 sena
  • Dusan Filipovic, ta’ 43 sena
  • Fares Hmein Sheibani Beaj, Libjan ta’ 37 sena

Kull min għandu informazzjoni huwa mitlub jitkellem mal-Pulizija, anke jekk b’mod anonimu, permezz tan-numri 21224001/119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija filwaqt li jkun kwotat in-numru 18/2024.

More in Qrati u Pulizija