Il-Qorti illiberat lin-negozjant Christian Borg mill-akkużi ta’ ksur ta’ ġurament wara li l-prosekuzzjoni ma pprovdietx l-evidenza meħtieġa biex isostni l-każ tagħha.
Borg ġie akkużat li ta xhieda falza f’każ ċivili quddiem il-maġistrat Gabriella Vella f’Jannar ta’ 2021. L-allegazzjonijiet qamu wara l-maġistrat innifisha għamlet ilment li waslu għall-proċedimenti kriminali.
Il-prosekuzzjoni naqset milli tissottometti t-traskrizzjoni tax-xhieda ta’ Borg quddiem il-maġistrat Vella biex tkun tista’ ssostni l-allegazzjoni ta’ ksur ta’ ġurament.
Minkejja li l-prosekuturi ssottomettew dokumenti uffiċjali, in-nuqqas tagħhom li jipprovdu rekord kelma b’kelma ta’ x’qal Borg dgħajjef il-każ tagħhom. B’hekk, il-Qorti ddeċidiet li l-akkużi ma kinux ipprovati kif inhu meħtieġ u biex Borg jiġi lliberat.
L-ewwel darba li Borg qala’ fama nazzjonali kienet fl-2022 fejn kien fost erba’ rġiel akkużati bi ħtif ta’ persuna mhux ta’ suċċess, fejn allegatament heddew lill-vittma b’tortura u li ħa jistuprawlu lil oħtu.
AQRA WKOLL: Ma sarx ksur bir-revoka tal-liċenzja wara li Borg akkumula 6810 punti penali, il-Qorti tikkonkludi
Is-sena l-oħra, Borg u l-imsieħba tiegħu ġew akkużati b’evażjoni tat-taxxa u ħasil tal-flus. Qorti semgħet li l-kumpaniji tiegħu tal-kostruzzjoni u kiri tal-karozzi talbu refużjonijiet tal-VAT meta t-talba ma setgħetx issir peress li min talabhom kien jinstab arrestat.
Fl-2018 meta kien diġà membru parlamentari, il-Prim Ministru Robert Abela għamel €45,000 f’negozju ta’ propjetà ma’ Borg. Abela kien l-avukat ta’ Borg kif ukoll il-konsulent legali tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-passat.
L-avukati Stefano Filletti u Charles Mercieca kienu d-difensuri ta’ Borg.
'L-indħil tal-prim ministru biex il-kriminali ħbieb tiegħu ma jeħlux' - Repubblika
Hekk kif semgħet l-aħbar, l-organizzazzjoni Repubblika rreaġixxiet bix-xilja li l-liberazzjoni ta' Borg huwa riżultat tal-indħil tal-Prim Ministru.
"Minn dak li qed naraw fil-Qorti qed niffurmaw il-fehma li hemm ftehim kollussiv bejn il-prosekuzzjoni u d-difiża biex il-każijiet kontra kriminali ħbieb ta' Robert Abela jaqgħu. Dan erġajna rajnieh fit-twaqqigħ tal-każ kontra Christian Borg," stqarret l-organizzazzjoni.
Is-silenzju tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija, kif ukoll in-nuqqas ta' konsegwenzi dixxiplinarji lil dawk li l-uffiċjali li kienu fil-prosekuzzjoni, juri l-kollużjoni u l-korruzzzjoni tal-prosekuzzjoni, skont Repubblika.
"Dan kien att vili ta' awtosabutaġġ tal-pulizija tal-każ li ġabu quddiem il-qorti għax kienu ordnati jressquh minn Qorti oħra."