It-tewmija li għexet flok oħtha

Gracie Attard tirrakkonta l-istorja tagħha 14-il sena wara li l-Ingilterra nħakmet mill-istorja tat-twelid tagħha u meta ġie deċiż li waħda mit-tewmin imwaħħlin ma' xulxin kellha tinqatel biex tgħix l-oħra.

 

Gracie Attard
Gracie Attard

14-il sena mit-twelid tat- tewmin Għawdxin Gracie u Rosie Attard, Gracie titkellem mal-ġurnal ingliż, id-Daily Mail li meta twieldet kien segwa mill- qrib it-twelid tagħha u ta’ oħtha fi sptar f ’Manchester fl-ingilterra. Gracie kienet twieldet magħquda ma’ Rosie mill-qadd u l-ispina.

Il-ġenituri ta’ Gracie, Michael u Rina Attard kellhom imorru jwelldu lit- tewmin fi sptar f ’Manchester hekk kif l-isptar f ’Malta ma kienx attrezzat għal dan it-tip ta’ twelid.

Mat-twelid tat-tewmin, it-tim mediku kien saħaq li Rosie kienet biss estensjoni tal-ġisem ta’ Gracie, hekk kif it-tnejn kellhom biss qalb u sistema ta’ ċirkolazzjoni waħda u għalhekk ma setgħux isalvaw it-tnejn.

Michael u Rina kienu esprimew l-opinjoni tagħhom bħala Kattoliċi u saħqu li l-futur tat-trabi kien f ’idejn Alla. Il-qorti iżda, fuq il-pariri mediċi, ddeċidiet li jekk jibqgħu magħqudin Gracie u Rosie kienu jmutu t-tnejn.

Kien hawnhekk li Michael u Rina aċċettaw id-deċiżjoni tal-Qorti u wara operazzjoni ta’ 20 siegħa, Gracie salvat.

Illum li għandha 14-il sena, Gracie tgħix ħajja normali flimkien mal-ġenituri tagħha u m’oħtha Rosie ta’ 12-il sena f ’Għawdex. Tistqarr li baqgħet mistgħaġba li l-istorja tagħha u t’oħtha kienet ta’ interess għal tant nies madwar id-dinja.

Fl-intervista mad-Daily Mail, Gracie qalet li qatt ma ħassitha ħatja għall-mewt t’oħtha hekk kif ma kinitx deċiżjoni tagħha. Żiedet tgħid li jkun hemm mumenti fejn tħossha mdejqa li oħtha mhux tgħix ħajjitha magħha u spiss titlobha tgħinha speċjalment waqt xi eżami.

Il-ħolma ta’ Gracie hi li meta tikber tixtieq issir tabiba biex tkun tista’ tgħin lin-nies bħal mat-tobba għenu lilha.

More in Socjali