Żagħżugħ joqtol denfil bi vleġġa
Wieħed jista jara ritratt tal-ferita fatali kif jiftaħ l-istorja
More in Socjali
Wieħed jista jara ritratt tal-ferita fatali kif jiftaħ l-istorja
Wara investigazzjoni intensiva biex jinqabad min spara vleġġa fuq denfil u qatlu fi Florida, xahar ilu , il-pulizija Amerikana solviet il-każ meta fi tmiem il-ġimgħa żagħżugħ taħt l-eta ammetta li kien hu li spara lid-denfil bi vleġġa mill-qaws tiegħu u għamel dan apposta. Id-dniefel huma speċi protetti u dan id-denfil miet fl-ibħra ta' Alabama, Orange Beach Bayou u għalhekk daħlet fin-nofs tinvestiga anke l-FBI.
Skont in-'necropsy' fuq l-annimal instab li dan id-denfil miet bl-infezzjoni mill-vleġġa. Skont vetereinarji qalu li dan sofra għal madwar 5 ġimgħat sħaħ sa ma miet.
Dan il-qtil viljakk ġie ftit wara li lejn tmiem Novembru instab denfil femminili li kienet tqila bi sparaturi minn rifle fi Florida wkoll. Iżda dwar dan il-qtil l-awtoritajiet m'għandhom l-ebda ħjiel min seta kien. Fi Florida l-liġi tgħid li min joqtol annimal protett jista jeħel sa $100,000 u sena ħabs.