Il-valur tal-proprjetà f’Bormla jitrippla

Aġent fir-‘real estate’ jispjega kif f’sentejn, post li kien jinkera f’Bormla b’€100 issa qed jinkera b’€350

Jidher li sa fl-aħħar, Bormla bdiet tidher fuq il-mappa tal-bejgħ u n-negozju tal-proprjetà f’pajjiżna hekk kif, mhux biss qed tiżdied id-domanda għall-proprjetà f’din il-belt, imma l-kirjiet aktar milli rduppjaw fl-aħħar sentejn. Dan ikkonfermah f’kummenti mal-ILLUM Simon Coleiro mill-aġenzija Remax li kien ċar, “Iva, l-valur tal-proprjetà żdied sew u kemm ilu li tħabbar il-proġett tal-Università Amerikana f’baċir numru wieħed, id-domanda għal djar u kull tip ta’ proprjetà fil-lokal ingħatat spinta qawwija wkoll”.

Fil-fatt Coleiro spjega kif  persuna bi proprjetà f’Bormla li kienet tikriha b’madwar €100 sa sentejn ilu biss, illum tista faċilment tikriha b’€350, jiġifieri l-kirja li qed tintalab, iktar milli irduppjat f’dawn l-aħħar sentejn. Hu spjega kif din ix-xejra ’l fuq, speċjalment wara li tħabbar kif il-kampus tal-Università Amerikana ta’ Malta se jsir fil-Baċir Numru Wieħed, huwa dovut l-aktar għal żieda fit-talba għal kirjiet ta’ propjetajiet f’dawk l-inħawi. 

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Socjali