Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jemmen li kull mara Maltija u Għawdxija għandu jkollha dritt ta' aċċess ħieles għall-Morning- After Pill. Huwa għalhekk illi l-ebda diskrezzjoni politika m' għandha tintuża sabiex twaqqaf l-aċċess tal-Morning-After Pill fis-suq tagħna.
Huma saħqu li l-ewwel u qabel kollox għandu jitwassal iktar għarfien rigward dawn it-tip ta’ kontraċettivi u s-saħħa sesswali u riproduttiva inġenerali, filwaqt li enfasizzaw l-importanza li l-għarfien għandu jingħata minn sorsi kredibbli u li m’għandhom l-ebda aġenda xi jmexxu.
"Għaldaqstant, kwalunkwe dikjarazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni qarrieqa li qed tħawwad l-imħuħ fuq din il-kwistjoni hija kundannabbli", sostnew il-FŻL, li jemmnu li dawk li huma kontra l-introduzzjoni tal-Morning After Pill qegħdin jużaw il-frażi “abort” b’ konvenjenza, biex tinħoloq ċertu biża’,u mhux b’ konvinzjoni u b’hekk ikomplu jċaħdu aktar drittijiet lin-nisa.
Il-FŻL jilqgħu b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni taċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott li qal b’ mod inekwivoku li, l-Morning-After Pill per se mhijex illegali u jonqos biss li jkun hemm importatur li jiddeċiedi li jirreġistraha mal-istess awtorità.
li jemmnu li dawk li huma kontra l-introduzzjoni tal-Morning After Pill qegħdin jużaw il-frażi “abort” b’ konvenjenza, biex tinħoloq ċertu biża’,u mhux b’ konvinzjon
Forum Żgħażagħ Laburisti
Il-fatt li grupp ta’ nisa, fis-sena 2016, kellhom jirrikorru għall-protest ġudizzjarju biex qamet diskussjoni fuq il-Morning-After Pill, meta f’pajjiżi oħrajn din tinxtara over-the-counter hija turija ċara ta’ kemm f’pajjiżna s-sesswalità għadha ikkunsidrata bħala xi tabu’.
Il-Pulse ukoll favur...
Intant l-għaqda studenteska Pulse laqgħet b'ottimżmu kbir il-kummenti tal-Professur Anthony Serracino Inglott li bħala Chairman tal-Awtorita' tal-Mediċina iddikjara li l-'morning after pill' mhux abortiva u li tipprvjeni l-ovulazzjoni u l-fertiliżazzjoni imma ma twaqqafx l-implantazzjoni. Il-Pulse faħħret ukoll lill-Ministru tal-Libertajiet Ċivli Helena Dalli, li qalet li ma ssibx problema illi dan it-tip ta' kontraċettiv ikun disponibbli fis-suq.
Il-Pulse fakkret kif l-aċċess għall-kontraċettiv inaqqas b'mod drastiku ir-rata ta' tqala fost tfajliet taħt it-18-il sena u għalhekk ukoll il-possibilita' ta' abort. "Fid-dawl ta' dan il-fatti l-għaqda PULSE bi ħġarha tingħaqad mal-moviment ta' nies għall-aċċess legali tal-morning after pill f'Malta."