Hawn Malta ma tarax tallaba u lanqas nies bla dar! Duin hija idea li għalkemm hija pjuttost popolari, mhix korretta. Dan hekk kif f'pajjiżna bħalissa hawn 40 persuna li għal xi raġuni jew oħra m'għandhomx saqaf fuq rashom u li kieku ma kienx għal numru ta' volontiera u anke għall-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali dawn illum qed jgħixu u jorqdu barra.
Dawn l-40 persuna jingħaqdu mal-2,835 persuna li bħalissa għandhom applikazzjoni li qed jitolbu akkomodazzjoni alternattiva. Il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM żvelat kif l-akbar proġett ta' akkomodazzjoni soċjali, fi proġett ikbar li se jiswa €50 miljun, se jkun F'Ħal Farruġ fejn se jinbnew numru ta' blokok ta' appartamenti tal-Gvern.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Prlament mill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali Michael Farrugia għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Aguis Decelis.