"Ilum tajt l-aħħar tislija lill-akbar ħabib tiegħi u ħija Andrè Debattista, li ttieħed lilna minn sewwieq bla rispett. Ma ninsewk qatt Andrè, u tibqa' dejjem fil-qlub tal-membri kollha tal-familja tagħna għax ħallejt toqba ġganteska fil-familja. Nispera biss li ssir ġustizzja, u t-talb tiegħi imorru għall mara u ż-żewgt itfal tiegħu. Andrè nibqgħu inħobbuk u nimmisjawk għal dejjem"
Dan kien l-aħħar messaġġ li Ryan Debattista, ħu Andrè Debattista, li l-bieraħ ittajjar minn karozza quddiem bintu, kiteb fuq facebook bħala l-aħħar tistija għall-għażiż ħuħ.
Ryan iddeskriva lil Andrè bħala l-aqwa ħabib tiegħu, apparti ħuħ u talab li ssir gustizzja għall-mod irresponsabbli kif Andrè gie mtajjar fit-triq faċċata tal-bajja tal-Għadira kmieni l-bieraħ filgħodu minn guvni ta' 22 sena li kien fi triqtu lejn Għawdex.