L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Meta bħalissa Aquarius qiegħed fiċ-ċirku ta’ Cancer, trid toqgħod ferm attent fejn tidħol l-imħabba sabiex ikollha l-aħjar riżultati pożittivi. Trid tagħraf imxi aktar bil-moħħ milli bil-qalb, u hekk jinkisbu riżultati ferm pożittivi. Fil-fatt, peress li bħalissa, l-oroskopju jinsab taħt il-gwida ta’ Cancer għall-Aquarius, fan ifisser mument iktar feliċi, iktar impenjattiv fl-imħabba, u r-riżultati miksuba jkunu ta’ sodisfazzjon kbir. Agħraf!

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 23 u 37.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

Meta bħalissa Pisces qiegħed fiċ-ċirku ta’ Cancer, qiegħed f’dak il-mument ta’ flessibbiltà li jekk tagħraf timxi u taħtaf dan il-perjodu, il-ħajja ta’ madwarek tkun waħda ferm trankwilla, tkun waħda pożittiva, u int tħoss in-nifs ta’ madwarek ferm aħjar, mhux kif kont ftit taż-żmien ilu bħal donnok fgat. Għalhekk, aħtaf dan il-perjodu ħalli dik il-pressjoni li tant tkun madwarek, tkun iktar taħt kontroll, u int tkun iktar int!

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Cancer.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 17, 28 u 32.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Meta bħalissa Aries qiegħed fiċ-ċirku ta’ Cancer, għandu jkun mument ta’ xi opportunità ġdida fid-dinja tax-xogħol jew saħansitra taf ittejjeb ħafna dak li int għandek madwarek bħalissa. Dan huwa mument li kemm jekk taħdem ma’ xi ħadd, jew għandek karriera personali, huwa żmien fejn jista’ jkun hemm titjib sabiex tkattar il-prospetti tiegħek lejn il-ħajja ta’ xogħol. Għalhekk, irrifletti ftit dwar kif tista’ ttejjeb.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja Leo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 14, 22 u 34.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

Taurus mill-21 ta’ April dal-20 ta’ Mejju

Meta bħalissa Taurus qiegħed fiċ-ċirku ta’ Cancer, huwa mument ta’ riflessjoni u ta’ ġabra għalik. Dan huwa mument sabiex int jagħtik ċans tippjana aktar spazju u aktar ħin għalik, ħin ta’ rilassament, ħin li ssib spazju għad-delizzju tiegħek, anke sabiex tibda tmur sal-gym jew xi mixja jew għawma. Hu x’inhu l-gost u r-rilassament tiegħek, huwa importanti li dan isib spazju fl-iskeda tiegħek, għaliex dan ikun ta’ ġid għalik.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 12, 28 u 39.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Meta bħalissa Gemini qiegħed fiċ-ċirku ta’ Cancer, huwa mument ta’ għarfien ta’ dak li s’issa irnexxielek tagħmel, kemm fil-ħajja tiegħek, u kemm fil-karriera tiegħek. Issa għandek tagħmel riflessjoni, u ma’ dan tkompli bil-mod twessa’ ċ-ċirku tiegħek, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pjanijiet, l-aktar fil-karriera tiegħek. Taħt Cancer, għandek tkompli tkabbar aktar fejn int tixtieq tasal, imma basta tagħmel dan fil-misteru tiegħek biss.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Libra.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 27 u 33.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Meta bħalissa Cancer qiegħed fiċ-ċirku tiegħu stess, dak ta’ Cancer, għandek perjodu ferm b’saħħtu aktar minn dak li s-soltu, int tkun b’saħħtek f’deċiżjonijiet li int ikollok tieħu. Tkun b’saħħtek f’dak li int tixtieq tasal, twettaq u tkun. Dan huwa l-mument tiegħek, dak li int tagħraf li int għandek dritt għalih issa huwa l-mument li taħtaf, però l-importanti li dak li int trid twettaq trid tkun iffukat u kkonċentrat.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 19, 29 u 39.

Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu

Meta bħalissa Leo qiegħed fiċ-ċirku ta’ Cancer, dan ifisser li dan huwa żmien sabiex int issib kontroll iktar tal-madwar, sabiex jekk dan il-kontroll, li tant int magħruf għalih, dan l-aħħar intilef jew naqas xi ftit, int terġa’ tirbaħ dan lura. Int persuna ta’ ċertu potenzjal li int magħruf għalih, u tħalli lil ħadd u l-ebda ċirkostanza teħodlok dan. Issa ara fejn huwa l-aktar li turi l-influwenza tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Sagittarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 10, 25 u 34.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Meta bħalissa Virgo qiegħda fiċ-ċirku ta’ Cancer, trid tagħraf dak li int għaddejt minnu fil-passat, minn issa ’l hemm, ikun biss tagħlima sabiex int tagħraf u kemm tista’, ma tirrepetix l-istess sitwazzjoni. Dan huwa l-mument li int trid tinħall mill-kolla tal-passat sabiex b’hekk tkun tista’ timxi lejn futur aħjar. Jekk dan mhux se jsir f’dan iż-żmien, se jkollok fażi delikata ħafna li ma tantx se tagħtik sitwazzjonijiet sbieħ.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 18, 28 u 34.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Meta bħalissa Libra qiegħed fiċ-ċirku ta’ Cancer, l-imħabba li għandek, kemm fir-relazzjonijiet tiegħek, u kemm f’dak li int tagħmel, trid ittejjibhom u tagħraf iżjed dak li għandek. Tieħu qatt sitwazzjonijiet ‘for granted’ għax ikun dak iż-żmien li sitwazzjoni tista’ tintilef jew tmurlek bil-kontra. Għalhekk, f’dan il-mument pożittiv, int għandek tagħraf x’hemm li tista’ ttejjeb u għamel dan mill-aktar fis. Iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 14, 29 u 35.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Meta bħalissa Scorpio qiegħed fiċ-ċirku ta’ Cancer, huwa l-mument ta’ ċertu deċiżjonijeit li jistgħu jkunu iebsin għal dawk ta’ madwarek, imma huwa żmien li int tqum fuq saqajk u tħares biss lejn dak li huwa tajjeb għalik. Dak li jagħmlek tkun aħjar, u dak li jagħmlek tħossok aħjar. Int ma jixraqlekx tkun stmat ħażin, anzi jixraqlek tkun rispettat ħafna aħjar, u għalhekk wasal iż-żmien li int taħseb għalik.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 19, 25 u 32.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. 

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Meta bħalissa Sagittarius qiegħed fiċ-ċirku ta’ Cancer, trid tagħmel valutazzjoni ta’ sitwazzjoni b’mod ġenerali ta’ madwarek, l-aktar fejn jidħol xi pjan għall-futur, fejn int ma tistax toqgħod tilgħab mal-ħin, għax iż-żmien għaddej minn madwarek u żgur minn dak li għaddej minnu, taf li mhux tant mument feliċi, għalhekk anke jekk tfittex parir ta’ xi persuna, fl-aħħar mill-aħħar trid tagħraf tagħmel il-valutazzjonijiet malajr kemm tista’.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aries.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 14, 27 u 39.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

IMeta bħalissa Capricorn qiegħed fiċ-ċirku ta’ Cancer, trid tagħraf li dak li forsi kont taħseb ftit ta’ żmien ilu, probabbilment m’għadux jgħodd għaż-żmien li ġej. Ċertu ċaqliq li int qed tagħmel, se jġib ċertu tibdil madwarek, u dan issa trid tkun lest għalih, inkella se jkun hemm xi ftit ta’ problemi. Agħraf iktar u aħseb iktar sabiex int tkun preparat u qatt ma tinqabad fuq sieq waħda. Dak li riesaq lejk huwa pożittiv.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li l-aktar tagħtik illuminazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Taurus.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 17, 26 u 30.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Socjali