Aċċettata l-applikazzjoni tal-addozzjoni tal-ewwel koppja gay

Il-koppja ta' żewġt irġiel ingħatat l-approvazzjoni mill-Qorti tal-Familja

Il-Qorti tal-Familja, ilbieraħ approvat l-applikazzjoni għall-addozzjoni ta' tifel jew tifla lil koppja tal-istess sess.

Is-sit one.com.mt rrapporta kif fl-aħħar xhur, dawn iż-żewġt irġiel kienu ingħaqdu flimkien permezz ta' Unjoni Ċivili, li ggarantitilhom drittijiet ugwali bħal kwalunkwe żwieġ ieħor.

Wara żmien ta' skrutinju u proċeduri, li huma prassi fejn tidħol l-addozzjoni din il-koppja gay se tkun qed issir ġenitur.

More in Socjali