€2,000 Donazzjoni għal taħriġ ta' staff mediku

L-Allied Rainbow Communities (ARC) preżentaw donazzjoni għal taħriġ għall-istaff mediku tal-GU Clinic

L-Allied Rainbow Communities (ARC) din il-ġimgħa ppreżentaw donazzjoni ta’ ’l fuq minn €2,000 lill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearnebl-iskop li tliet persuni mill-istaff mediku tal-GU Clinic ingħataw taħriġ speċjalizzat f’St Mary Hospital ta’ Londra u fl-isptar ta’ Bertinoro fl-Italja.

Dan it-taħriġ għen biex l-istaff tal-GU Clinic iżid l-għarfien tiegħu kemm fuq mard trasmess sesswalment, kif ukoll dwar il-ġbir ta’ informazzjoni fuq it-trattament, b’riżultat li ssir taf bl-infezzjoni aktar kmieni u li jibda t-trattament immedjat.

Il-Ministru għas-Saħħa rringrazzja lill-NGO ARC li hija NGO li taħdem qalb il-komunitajiet LGBTI+ għall-ġest nobbli li għamlu u li permezz tiegħu se jibbenefikaw ħafna nies.

More in Socjali