Temperaturi ta' madwar 35 grad fil-jiem li ġejjin

L-uffiċċju meterojoloġiku jwissi li s-sħana hi mistennija li titla’ sa 35 grad celsius fil-jiem li ġejjin

Mistennijin temperaturi jitilgħu sa 35 grad celsius
Mistennijin temperaturi jitilgħu sa 35 grad celsius

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jinnota t-tbassir tat-temp mill-uffiċċju meterojoloġiku li jindika li s-sħana hi mistennija li titla’ sa 35 grad celsius.

Għaldaqstant il-pubbliku qed ikun mgħarraf dwar l-importanza li wieħed jixrob aktar ilma u xarbiet friski fix-xhur tas-sajf u speċjalment f’dawn il-jiem ta’ sħana qawwija.  

It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration). Espożizzjoni għal ħin twil fix-xemx tista’ tikkaġuna ukoll xemxata. 

Is-sħana tista’ taffetwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi u tfal żgħar. Persuni li qed ibatu b’xi kundizzjoni kronika jew huma attivi ħafna, għandhom aktar ċans li jiġu affetwati.

Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa importanti li:

·      Jevita li joħroġ fix-xemx bejn 11.00am u l-4.00pm.

·      Joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew il-post tax-xogħol.

·      Jixrob ilma frisk regolarment u jevita l-alkoħol.

·      Jiekol ikel frisk.

F’każ ta’ dubju wieħed għandu jikkonsulta lit-tabib tiegħu.

More in Socjali