Artiklu antik jerġa' jitfaċċa fuq Facebook

Meta wieħed ixerred artiklu fuq Facebook, għandu jkun ċert dwar id-data tiegħu, qabel jaqla' paniku fuq aħbar skaduta...

Artiklu li ħareg f'Awwissu tal-2015 reġa' ġie mxerred fuq facebook ilbieraħ, u qala' paniku għal xejn
Artiklu li ħareg f'Awwissu tal-2015 reġa' ġie mxerred fuq facebook ilbieraħ, u qala' paniku għal xejn

Dalgħodu, din il-gazzetta ġiet informata li f'xi ħin ilbieraħ, xi ħadd xerred artiklu li kien ippublikat fuq is-sit tagħna sena ilu. Infatti din l-aħbar partikolari kienet ġiet imtella fuq www.illum.com.mt nhar it- 30 ta' Luilju 2015.

Dan sar jew b'nuqqas ta' attenzjoni dwar id-data ta' sena ilu, jew bi skop li jinqala' paniku inutilment, speċjalment peress li l-aħbar irrappurtata fl-artiklu, illum hija rrelevanti ħafna, għaliex is-sitwazzjoni fl-Imqabba ila li ġiet solvuta.

L-aħbar skaduta u irrilevanti kienet titratta dwar xi ġrieden li sena ilu kienu ntlemħu fl-Imqabba. Ilbieraħ, xi ħadd iddeċieda jerġa' jxerred dan l-artiklu mill-arkivji fuq facebook, u bħalma jiġri dejjem fuq siti soċjali ta' dan it-tip, l-aħbar inxterdet daqs nar f'għalqa ħaxix niexef. Il-ħasra hija biss li fil-ġurnata u ċ-ċirkostanzi tal-lum, l-aħbar hija waħda skaduta u rrilevanti.

Din il-gazzetta tixtieq tinforma l-pubbliku biex ma jaghtix każ l-artiklu u tikkonferma li minn naħa tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba, is-sitwazzjoni ila żmien li ġiet indirizzata u solvuta. Jekk il-persuna li xerrdet l-artiklu l-antik tagħna qed taqra dan, titntalab biex tneħħi l-impustar minn fuq il-profil ta' facebook tiegħu jew tagħha, b'sinjal ta' korrettezza lejn il-lokalità li ma ħaqqiex malafama li fil-ġurnata tal-lum.

More in Socjali