Risposti u azzjonijiet dwar ċertu FATTI...

B'reazzjoni għall-artiklu 'FATTI...' li deher fuq l-Illum il-Ħadd li għadda, ittieħdet azzjoni dwar il-latrina pubblika f'Għar Lapsi

Il-Latrina Pubblika f'Għar Lapsi flaħħar ingħatat attenzjoni
Il-Latrina Pubblika f'Għar Lapsi flaħħar ingħatat attenzjoni

Il-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura wieġeb lil-Illum rigward l-artiklu tal-opinjonista Claudette Abela Baldacchino “FATTI...” li deher il-Ħadd 31 ta’ Lulju 2016 f’paġna 16 dwar it-telqa fil-latrina pubblika ta’ Ghar Lapsi

Fid-dawl ta' dan, il-Ministeru xtaq jagħmel biċ-ċar li “proprju fis-27 ta’ Lulju, hekk kif ġie nnotat ilment fuq sit elettroniku dwar din il-latrina, għalkemm din hi responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, id-Direttorat għat-Tindif taħt il-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura kien ħa azzjoni immedjata permezz tal-beach cleaners li għandhom fiż-żona.”

More in Socjali