Il-qalb tajba tal-Maltin tingħafas u tintalab biex tgħin...

Alleanza kontra l-faqar jagħmlu appell biex jinġabru donazzjonijiet għal mara li għanda bżonn għajnuna biex tgħajjex lill-erbat itfal tagħha

L-artiklu tal-ILLUM tant qajjem kuxjenza, li qed isir appell għal ġabra ta' flus biex tgħin lill-familja fil-bżonn
L-artiklu tal-ILLUM tant qajjem kuxjenza, li qed isir appell għal ġabra ta' flus biex tgħin lill-familja fil-bżonn

Fuq il-ħarġa tal-Ħadd 7 ta' Awwissu, l-ILLUM qasmet mall-qarrejja storja reali u ta' qsim il-qalb ta' mara li qegħda tipprova tgħajjex lill-ulieda taħt kundizzjonijiet soċjali mill-aktar iebsin, f'dar ikkundannata bis-saqaf se jaqa' u ma jaqax fuq rasha u ras uliedha.

L-istorja ġibdet l-attenzjoni ta' ħafna qarrejja li forsi ħafna minnhom lanqas kienu jimmaġinaw li fil-ġurnata tal-llum f'pajjiżna, għad jista' jkun hawn nies li qegħdin jgħixu f'din ir-realtà diffiċli. Minbarra l-ammont ta' messaġġi u kummenti li rċeviet din il-gazzetta dwar l-istorja, konna tassew kuntenti naraw post fuq il-paġna facebook tal-grupp 'Alleanza kontra l-faqar', li bi spunt mir-rapport tal-ILLUM, ħadu l-inizjattiva biex jappellaw għall-qalb tajba tal-poplu Malti sabiex jinġabru donazzjonijiet għall-din il-mara kuraġġuża u fil-bżonn.

Fuq il-paġna ta' facebook tagħhom, Alleanza kontra l-faqar għamlu appell sabiex jinġabru donazzjonijiet għall-omm li kitbet fuqha l-ILLUM, filwaqt li kitbu li...

"Omm ta' erbat itfal għandha xewqa li teħodhom ġurnata Għawdex. Għal ħafna nies mhix ħaġa kbira, imma għal din l-omm, li lanqas għandha fejn toqgħod, u tgħix fil-faqar, mhix possibli lanqas li tieħu ġurnata mistrieh sura.

Għalhekk l-Alleanza tappella għall-ġenerozità, biex mhux biss ngħinu lil din l-omm taqta' xewqitha u tikkuntenta lil uliedha imma anke nagħmlulha xirja. L-ghan taghna huwa li niġbru 300 ewro.

Kull donazzjoni, żgħira kemm hi żgħira tkun apprezzata. 
Ibghat cekk lill-Alleanza kontra l-Faqar, c/o 5, Sqaq Nru 2, Triq il-Kbira, Naxxar NXR 182,
jew għamel depożitu fil-kont tal-AKF: BOV Bank Account Number 40021952508.

More in Socjali