Jinstabu sitt siti ta' insib illegali madwar Malta. F'operazzjoni li għamlet il-CABS, (Committee Against Bird Slaughter) kontra l-insib illegali, instabu sitt siti li kellhom apparat għall-insib. Is-siti nstabu fiż-Żejtun, l-Imġarr, l-Aħrax, l-Imqabba, u x-Xewkija Għawdex. L-uffiċjal tal-CABS Fiona Burrows qalet li, "is-siti kollha kienu armati bi xbieki, decoys tal-plastik u bird callers elettroniċi sabiex jiġu attirati speċi protetti.
Wara li ġie rrapurtat lill-Pulizija mill-CABS, saru tfittxijiet fiż-żoni kollha msemmija u kkonfiskat tagħmir relatat, flimkien ma' numru ta' għasafar protetti ħajjin. CANS qalet li ħafna mis-siti nstabu l-iktar wara spezzjonijiet li saru mill-għoli, u kien hemm spezzjonijiet matul il-lejl sabiex jiġu identifikati bird callers illegali li jiġu użati min-nassaba.
Minn tal-inqas tlieta mis-siti kienu magħrufa bħala postijiet fejn kienu ġieli sar insib illegali.