Il-PA tgħid 'no way' għal tliet torrijiet minflok il-Jerma

L-Awtorità tal-Ippjanar kienet diġà infurmat lil Charles Camilleri, 'il-Franċiż' li l-pjanijiet ma kinux aċċettabbli

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li l-proġett għall-Jerma kif propost minn Charles Camilleri magħruf bħala 'Il-Franċiż', huwa non-starter u mhux se jkun aċċettat.

Camilleri f'isem il-kumpanija Porto Noto Ltd. flimkien ma' Pierre Lofaro kellhom il-pjanijiet sabiex fis-sit fejn preżentament tinsab il-lukanda Jerma, jkun hemm żvilupp ta' tliet torrijiet, tnejn minnhom residenzjali ta' 44 u 32 sular, flimkien ma' lukanda ta' 22 sular. Dan il-proġett kellu jinkludi wkoll mal-25,000 metru kwadru ta' reklamazzjoni ta' art, park pubbliku u promenade.

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li kienet infurmat lill-applikant f'diversi laqgħat qabel ma saret is-sottomissjoni, li l-proġett kif propost ma kienx aċċettabbli. Minkejja dan, l-Awtorità qalet li xorta waħda pproċeda bis-sottomissjoni tal-proposta.

Xi ġimgħat ilu, l-istess Awtorità kienet ħarġet notifika ta' infurzar fuq is-sit tal-Jerma minħabba li minkejja li tinsab f'post prominenti, tħalliet abbandunata għal snin sħaħ.

More in Socjali