L-Oroskopju
Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa
minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Imħabba: Mument feliċi fejn tidħol l-imħabba però trid tagħraf tkompli tkattar ir-relazzjoni tiegħek u tibqa’ tagħti l-attenzjoni li jkun hemm bżonn
Karriera: Għalkemm għaddejjin ħsibijiet ta’ tibdil, agħraf agħmel it-tibdil f’waqtu. Bidla taf iġġib magħha aktar responsabbiltà
Tbassir: Aħbar ta’ persuna mill-passat taf tfixklek. Irrispetta dak li int għandek madwarek
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 27 u 35.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Imħabba: Nuqqas ta’ attenzjoni lejn il-partner tiegħek taf tirriżulta fi ftit battibek. Evita dan avolja qiegħed taħt pressjoni. Ibbilanċja.
Karriera: Ir-responsabbiltà li bħal qisha dejjem qiegħda tiżdied, qed tagħmlek nervuż. Sib ħin fejn tirrilassa ħalli tkun mentalment tajjeb.
Tbassir: Minħabba pressjoni li fix xhur li ġejjin se tikber, taf toħloq pressjoni wkoll fir-relazzjoni tiegħek. Ilqgħalha minn issa.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 10, 26 u 31.
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Imħabba: Tkunx rasek iebsa dwar proposta li l-partner tiegħek ippropona. Anzi, agħti l-appoġġ kollu għal dak mitlub.
Karriera: Sitwazzjoni li esperjenzajt se ġġiegħlek toqgħod lura minn dawk li tafda. Tagħmel tajjeb jekk tagħraf dan. Anzi, moħħok hemm.
Tbassir: Deċiżjoni li trid tagħmel, u se tagħmel, se taffetwa l-madwar tiegħek. Għalhekk, agħraf żomm il-bilanċ.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 22 u 38.
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.
Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Imħabba: Għalkemm esperjenzajt mument diffiċli, xorta waħda għandek iżżomm il-moral ta’ madwarek pożittiv.
Karriera: Issa huwa l-mument li int għandek bżonn tieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħek. Bidla taf tkun tajba.
Tbassir: Pjan ta’ vaganza ikun pjan tajjeb sabiex din tagħtik dak il-kuraġġ li wara, int trid li jkollok fiż-żmien li ġej
Kuluri favoriti ma’ taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 17, 22 u 35.
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Imħabba: Attenzjoni aktar lejn il-partner tiegħek hi meħtieġa. Tajjeb jekk toħloq xi forma ta’ sorpriża. Agħti iktar attenzjoni.
Karriera: Taqlib li qiegħed jiġri madwarek, m’għandux ifixklek. Għalkemm għaddej minn mument diffiċli, ibqa’ ssielet.
Tbassir: Deċiżjonijiet li hemm bżonn isiru, iridu jittieħdu. Xi ftit ta’ piż se jkun hemm, imma dan se jġib tibdil pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 29 u 33.
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Imħabba: Għalkemm tħoss li qiegħda f’sitwazzjoni stabbli, qatt isserraħ dak kollu fuq li hemm.
Karriera: Deċiżjoni li se tieħu dwar tibdil f’dak li int tagħmel, ara li tkun kemm jista’ jkun ċert li dan huwa għall-aħjar.
Tbassir: Sajjetta fil-bnazzi taf toħloq bidla fil-ħajja ta’ madwarek. Ħu kollox skont il-mument li tkun fih.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 19, 27 u 30
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu
Imħabba: Billi żżomm iebes m’int se takkwista xejn. Agħraf ir-rapun tiegħek u kompli żomm bilanċ bejnietkom.
Karriera: Li żżid iktar il-ħidma tiegħek huwa tajjeb f’dan il-mument, imma trid tgħaraf iżżom bilanċ fil-madwar tiegħek.
Tbassir: Agħraf sib ħin ta’ mistrieħ ukoll sabiex tevita minn tensjoni żejda li taf li tpoġġik f’qagħda negattiva.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 26 u 32.
Leo huma magħrufin kemm huma umli.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Imħabba: Agħraf it-tajjeb minn dak li bħalissa hemm. Xi kultant jiġru sitwazzjonijiet sabiex wieħed jagħraf aktar.
Karriera: Għalkemm qiegħda żżidlek pressjoni fuqek. Int żomm kawt sabiex turi aktar il-ħiliet tiegħek.
Tbassir: Bidla li ġejja madwarek taf għall-ewwel issibha diffiċli sabiex tadatta għaliha, però din tkun ta’ gwadann għalik.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Ġimgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 16, 23 u 34.
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
Imħabba: L-isfond romantiku għandu jkun iktar ġewwa fik sabiex ir-relazzjoni li għandek tagħtiha n-nar.
Karriera: Deċiżjoni dwar jekk għandekx tbiddel jew iżżid u qed tagħmlek konfuż. Għalissa, żomm lura minn dan.
Tbassir: Pjan ta’ xiri ta’ xi dar għandu jittieħed b’aktar interess minn kull aspett. Agħraf li tkun viċin tal-baħar.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 14, 29 u 36.
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
Imħabba: Bil-pressjoni żżid madwarek, xorta waħda għandek tagħti l-attenzjoni meħtieġa lejn il-partner tiegħek.
Karriera: Jekk bħalissa qed tħoss ċertu pressjoni tikber, l-aħjar tieqaf għal ftit sakemm int tkun aħjar. Agħraf dan.
Tbassir: Ċaqliq li int tixtieq isir, imma jaf ikun wieħed aktar bil-mod. Int żomm lilek fil-pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn 8, 17, 25 u 31.
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.
Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru
Imħabba: Jekk taħseb li tista’ treġġa’ l-arloġġ lura sejjer ikun ta’ xi forma ta’ xi gwadan għalik se jkun żball.
Karriera: Saħħaħ dak li int għandek madwarek. Għandek bżonn tagħti aktar attenzjoni f’dak li qed tagħmel issa.
Tbassir: Deċiżjoni li int trid tieħu se tagħmel effett pożittiv kemm lilek u kemm għal dak li int qed taspira.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 12, 23 u 39.
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.
Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Imħabba: Il-passat għandu jibqa’ passat. Jekk int ħa terġa’ tmur għal passat se tagħmel żball b’dak kollu li jista’ jġib miegħu.
Karriera: Minn dak li skoprejt, indunajt li trid taħdem ferm iktar milli ħsibt, però l-għan tiegħek jintlaħaq xorta.
Tbassir: Sitwazzjoni ta’ kunflitt se tersaq lejk, u dan jaf ikun ta’ uġigħ ta’ ras. Agħraf il-bżonn tiegħek biss.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 16, 25 u 34.
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.