Daqsekk ipparkjajt hawn... issa poġġi ħu kafè

Il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala jinsab urtat bl-għotja ta' permess biex jittieħdu żewġ parkeġġi pubbliċi u minflokhom jitqiegħdu mwejjed u siggijiet

Poġġi ħu kafè... ipparkja f'nofs ta' triq...
Poġġi ħu kafè... ipparkja f'nofs ta' triq...

Fi stqariija maħruġa mill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala, jiġi nnotat in-nuqqas ta' qbil minn naħa tal-Kunsill dwar l-għotja ta' permess sabiex jittieħdu żewġ parkeġġi pubbliċi u minflokhom jitqiegħdu mwejjed u siggijiet quddiem stabbiliment privat fi pjazza Dun Tarciz Aguis.

l-Kunsill Lokali xtaq jinforma lill-pubbliku kif ukoll lill-Awtoritajiet kollha li kienu nvoluti fil-ħrug tal-permess fosthom il-Planning Authority kif ukoll il-Government Property Division li l-Kunsill Lokali unanimament ma jaqbilx mal-hrug ta' dan il-permess.

Il-Kunsill javza li minkejja li kien oġġezzjona fiż-żmien stipolat, il-permess xorta waħda nħareġ. Il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala bi qbil unanimu appella kontra din id-deċiżjoni.

Il-Kunsill jemmen bi sħiħ li f'Marskala diġà hemm problema kbira ta' parkegg u permessi bħal dawn se jkomplu jkabbru din il-problema ta' parkeġġ.

More in Socjali