Il-kelb Pascal, li għad għandu biss erba' xhur kien se jmut, wara li grupp ta' tfal iddeċieda li jgħerreq lill-kelb f'kolla industrijali li ħallietu għal mejjet. Fil-fatt, il-kelb li kien abbandunat, instab f'żona industrijali f'kundizzjoni ħażina ħafna, u ngħata l-kura minn għaqda tas-salvataġġ tal-annimali fit-Turkija, He'Art of Rescue.
Illum, Pascal għamel il-ħbieb
Il-kelb kien jinsab f'kundizzjoni ħażina ħafna, u minkejja li ma kellux mard, ma kienx f'kundizzjoni ta' saħħa tajba. Il-ħaddiema tal-għaqda kellhom ineħħu l-pil kollu tal-kelb u jiġi kkurat għall-feriti li kellu kkawżati mill-kolla.
Wara ġimgħat jingħata l-kura, Pascal irkupra, għalkemm mhux totalment, għaliex għadu beżgħan f'kuntatt man-nies. Irnexxielu wkoll, jagħmel ħbieb fiċ-ċentru tas-salvataġġ tal-għaqda.