Id-Dukessa ta’ Cambridge, Kate Middleton, welldet prinċep ġdid għar-Renju Unit.
L-aħbar tħabbret fuq it-Twitter ta' Kensington Palace fejn ingħad li kemm id-Dukessa u anke l-prinċep il-ġdid jinsabu tajbin.
Il-prinċep, li ismu għadu mhux magħruf, huwa l-ħames eredi għat-tron Ingliż. Dan ifisser ukoll li r-Reġina Eliżabetta II saret bużnanna għas-sitt darba.
Kif inhi t-tradizzjoni, proklamazzjoni miktuba titpoġġa wkoll wara l-grada ta’ Buckingham Palace.
Id-Dukessa ta' Cambridge diġà tat lir-Renju Unit l-eredi għat-tron wara missieru l-Prinċep William, jiġifieri l-Prinċep George. Kważi tliet snin ilu welldet ukoll lill-Prinċipessa Charlotte.