Il-Festi - memorja tal-passat u tama għall-futur - #everythingwillbeok

Messaġġ ta' pożittività minn bosta bl-użu tal-festi tradizzjonali Maltin

Kristu Re ta' Raħal Ġdid
Kristu Re ta' Raħal Ġdid

Bosta nies fuq il-midja soċjali qed ixerrdu messaġġ ta' tama u pożittività  - u x'hemm iktar Maltija, li ġġib ferħ u tgħaqqad l-irħula u l-bliet tagħna mill-festi tar-raħal? 

Minkejja li xi kultant iqajmu kontroversji minħabba sokor u storbju l-festi jibqgħu memorja sabiħa tal-passat u tama ġdida għall-futur.  Għalhekk bosta qed itellgħu ritratti tal-festa, tagħhom fil-marċi jew tal-Patrun u jiktbu #everythingwillbeok.

Il-festi huma appuntament ewlieni mistenni minn eluf kbar ta' Maltin u Għawdxin, bl-istaġun tagħhom jibda f'April bil-festa ta' San Publiju fil-Furjana.  Naturalment l-imxija tal-coronavirus qed thedded l-organizzazzjoni tagħhom għalkemm il-pożittività u t-talb ta' ħafna jaf isarrfu fil-frott. 

#everythingwillbeok.

 

More in Socjali