Għix il-Ġimgħa Mqaddsa mid-dar; Xandiriet Live kuljum
Il-Kurja tal-Arċisqof ħabbret il-programm taċ-ċelebrazzjonijiet li se jmexxi l-Arċisqof Charles Scicluna matul il-Ġimgħa Mqaddsa
More in Socjali
Il-Kurja tal-Arċisqof ħabbret il-programm taċ-ċelebrazzjonijiet li se jmexxi l-Arċisqof Charles Scicluna matul il-Ġimgħa Mqaddsa
Il-Kurja tal-Arċisqof ħabbret il-programm taċ-ċelebrazzjonijiet li se jmexxi l-Arċisqof Charles Scicluna matul il-Ġimgħa Mqaddsa, liema ċelebrazzjonijiet se jkunu qed jixxandru fuq TVM jew TVM2 u sit tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, fost oħrajn.
Dan huwa l-programm:
Il-Ħadd 5 ta’ April, fid-9:30 a.m: L-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm, u wara jkompli bil-Passjoni tal-Mulej fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.
It-Tnejn 6 ta’ April, fil-5:30 p.m: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t-talba tar-Rużarju.
It-Tlieta 7 ta’ April, fil-5:30 p.m: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t-talba tar-Rużarju.
Il-Ħamis 9 ta’ April, Ħamis ix-Xirka
Il-Ġimgħa 10 ta’ April, il-Ġimgħa l-Kbira
Is-Sibt 11 ta’ April, Sibt il-Għid
Il-Ħadd 12 ta’ April, fid-9:30 a.m: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Għid il-Kbir tal-Mulej.