Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà inawguraw l-uffiċċju tal-community policing f'Marsaxlokk. F'din il-binja, il-Korp tal-Pulizija investa fi spazju ulterjuri, mibni kompletament ġdid, biex iservi bħala uffiċċju għall-community policing. B'investiment ta' aktar minn €100,000, dan l-uffiċċju għandu kmamar bi spazju adegwat biex l-uffiċċjali tal-kommunità ikunu jistgħu joperaw b'mod komdu u jkun aċċessibbli għal kulħadd.
Intant Gafà saħaq li, "fl-2019 għamilna proġett pilota li r-riżultat tiegħu uriena li l-pubbliku għatxan għal dan il-kunċett. Illum 75% ta' Malta hija koperta mis-servizz tal-community policing u sal-aħħar tas-sena 2023, is-servizz se jiġi estiż mal-pajjiż kollu."
Min-naħa l-oħra, il-Ministru Camilleri sostna li d-deċiżjoni li kienu ħadu biex iqarrbu l-Korp tal-Pulizija fil-qlub tal-irħula Maltin u Għawdxin qed tħalli r-riżultat mistenni. "Dan tal-lum fil-fatt huwa pass eqred lejn il-missjoni tagħna li sal-aħħar tas-sena d-dieħla kull kommunità f'Malta jkollha l-uffiċjali tal-komunità tagħha u li jkollha dan fl-aħjar ambjent possibnli," temm jgħid Camilleri.