Pazjenti morda bil-kanċer li jirċievu l-kura permezz ta' radjoterapija f'Malta, b'mod partikolari dawk l-aktar urġenti, se jittiħedu fi sptar f'Ruma hekk kif il-magna li kienet qed tintuża fiċ-ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, ghandha xi ħsarat.
Il-pazjenti se jiġu mqassma skont l-urġenza u dawk l-aktar fil-bżonn se jingħataw prijorità. Għaldaqstant minn għada stess, sakemm titranġa l-ħsara tal-makkinarju seba' pazjenti meqjusa bħala prijorità se jiġu trasportati lejn Ruma. Il-Gvern se jkun qiegħed iħallas l-ispejjeż kollha ta' vjaġġar u tar-residenza tal-pazjent u l-persuna li se tkun qed takkumpanjaha. Apparti minn hekk nhar il-Ħamis se jkunu qed jittieħdu xi pazjenti oħra wkoll.
Intant il-Ministeru saħaq li se jkun qiegħed ilaqqa' bord intern u jiftaħ inkjesta biex jiddetermina x'wassal għal dawn il-ħsarat.