Ed Sheeran se jagħti kunċert f’Malta s-sajf tas-sena d-dieħla waqt li se jkun fuq tour fl-Ewropa.
Skont il-websajt tiegħu, Ed Sheeran ġej Malta biex jagħti kunċert bejn Lulju u Ġunju. Iktar dettalji se joħorġu fis-6 ta’ Novembru.
Riċentament, il-kantant tat-32 sena, għandu l-album tiegħu bl-isem ‘Autumn Variations’ fl-ewwel post fl-Ingilterra, li huwa it-tieni album li ħareġ din is-sena.
Din hija l-ewwel darba li Sheeran se jtella’ performazzjoni fil-gżejjer Maltin li ilha tant żmien antiċipata mit-tour ewropea tiegħu.
Il-mużika ta’ Sheeran hija magħrufa għat-taħlita ta’ ġeneri fosthom, mużika pop, folk, akustika u anke R&B.