Sandra Gauci ċ-Chairperson tal-ADPD qalet fi stqarrija li “is-sentenza tal-lum dwar il-kuntratt tal-isptarijiet hi ċara daqs il-kristall” hekk kif il-ftehim ta’ kuntratt bejn il-Gvern u l-kumpaniji Vitals Global Healthcare u Steward Healthcare kien wieħed frawdolenti.
Gauci talbet għal riżenji minnufih u anke li jittieħdu passi kontra dawn l-atti kriminali. Hija kompliet tgħid li il-Kummissarju tal-Pulizija Anġlu Gafá jrid “jistenbaħ” u jieħu azzjoni sabiex tieqaf din il-kriminalitá li “qed therri lill-pajjiż”.
Hija sostniet li Gafá irid jimxi ma’ kulħadd bl-istess mod u mhux “jibqa’ jipproteġi lill-kriminali fil-poter”. Gauci qalet li xebew jaraw każijiet ta’ nies li jaħarbu mill-ġustizzja u kollox jibqa’ “qisu xejn mhu xejn”. Gauci temmet tgħid li Gafá jrid iqum u biex ma jibqax “paraventu tal-kriminali”.