Is-Sibt filgħodu seħħet azzjoni simbolika quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bħala turija ta’ solidarjetà mal-El Hiblu 3, fejn l-għaqda mhux governattiva Moviment Graffitti sejħet biex l-Avukat Ġenerali jwaqqaf din l-inġustizzja u jwaqqa’ l-akkużi kollha kontra tliet żgħażagħ.
Erba’ snin u nofs ilu, Abdalla, Amara, u Kader waslu Malta, wara li servew ta’ medjaturi u tradutturi fuq l-El Hiblu 1. Fuq il-bastiment dawn it-tliet żgħażagħ kien irnexxielom ikkalmaw sitwazzjoni perikoluża u ta’ tensjoni fuq il-baħar. Dak iż-żmien kellhom biss 15-, 16- u 19-il sena rispettivament.
Il-Moviment Graffitti saħqu li l-awtoritajiet Maltin mhux japprezzaw li għamlu u minflok qed jakkużawhom inġustament “L-akkużi li ġew mixlijin bihom huma inumani u inġusti”.
Fit-8 ta’ Novembru l-El Hiblu 3 tpoġġew taħt att ta’ akkuża li qed jilħqu appoġġ fuq livell nazzjonali u internazzjonali biex jitwaqqgħu, saħqet l-għaqda.
Moviment Graffitti fetħet ittra għand l-AĠ f’Settembru 2023 fejn iktar minn 1000 persuna u organizzazzjoni iffirmaw.
L-ittra sabet l-appoġġ ta’ firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet kemm f’Malta u internazzjonalment, inkluż l- Amnesty International u l-European Council on Refugees and Exiles (ECRE).
L-għaqda saħqet li l-AĠ baqa’ ma ħa l-ebda azzjoni u li issa wasal iż-żmien li jaqgħu l-akkużi.
“Flimkien qegħdin nesprimu s-solidarjetà tagħna mal-El Hiblu 3 kontra l-oppressjoni u l-inġustizzja. Eħilsu lill-El Hiblu 3!”