Il-linja l-ġdida tal-ajru KM Malta Airlines ħabbret li fetħet il-websajt tagħha u l-pjattaforma għas-sajf 2024 nhar it-Tnejn 11 ta’ Diċembru. Il-kumpanija tal-ajru nediet it-tieni fażi tas-sistema ta’ riservazzjoni u issa l-klijenti jistgħu jibbukjaw onlajn fuq www.kmmaltairlines.com
Il-kanali kollha ta' riservazzjoni issa huma miftuħa, bħal pjattaforma, Call Centre u anke riservazzjonijiet individwali.
Il-linja tal-ajru KM Malta Airlines ħabbret li rċeviet aktar minn 122,000 prenotazzjoni f’ġimgħa waħda biss bejn l-4 ta’ Diċembru 2023 u l-10 ta’ Diċembru 2023 għall-programm tas-Sajf 2024 tagħha. Il-kumpanija sosniet li dan n-numru huwa xhieda tal-attrazzjoni tal-istrateġija tan-netwerk il-ġdida u l-effettività tal-istrutturi tal-prezzijiet il-ġodda tagħha.
L-iskeda KM Malta Airlines Summer 2024 se topera mill-31 ta’ Marzu 2024 sas-26 ta’ Ottubru 2024, bil-linja tal-ajru sservi f’17-il ajruport madwar 15-il belt Ewropea, jiġifieri, Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Londra. Gatwick, Londra Heathrow, Lyon, Madrid, Milan, Munich, Pariġi Charles de Gaulle, Pariġi Orly, Praga, Ruma, Vjenna u Zurich.
KM Malta Airlines se topera l-ewwel titjira tagħha fil-31 ta’ Marzu 2024.