Fl-2023, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) ra 7.8 miljun passiġġier f’sena.
Il-Kap Eżekuttiv tal-ajruport Alan Borg qal li fl-2023, għaddew 7.8 miljun passiġġieri mill-ajruport, żieda ta’ 6.7% fit-traffiku ta’ sena sħiħa meta mqabbla mal-2019, li laħqet il-qofol tagħha. Dan in-numru huwa kważi d-doppju tal-2013, fejn kienu għaddew erba’ miljun passiġġier.
Borg enfasizza li se jsiru titjiet f’35 suq madwar id-dinja, suq inqas mill-2022. Huwa qal li dan huwa sinifikanti peress li kienu ġew irtirati titjiriet b’rabta mal-COVID19, tul dak il-perjodu kienu għaddew biss 5.8 miljun passiġġier.
Awwissu, Lulju u Settembru kienu l-iktar xhur li raw passiġġieri. 24% tal-passiġġieri li żaru Malta kienu Taljani, imbagħad Ġermaniżi (9%) u warajhom Franċiżi (8%).
L-Ajruport esperjenza nuqqas ta’ passiġġieri mir-Renju Unit u l-Ġermanja.
18% kienu Ingliżi, 9% kienu Ġermaniżi, 8% kienu Franċiżi u 5% kienu Pollakki. L-ajruport innota inqas passiġġieri mir-Renju Unit u mill-Ġermanja u Borg ikkonferma li qed isiru attentati biex dawn ix-xejriet jinbidlu.
50,000 u 48,000 passiġġieri kienu mill-Awstralja u mill-Istati Uniti.
Borg iddeskriva wkoll il-pjanijiet strateġiċi tal-MIA għall-2024, u enfasizza l-espansjoni tal-infrastruttura li għaddejja, inkluż l-espansjoni tat-terminal lejn il-punent, il-kostruzzjoni ta’ Apron X, u l-bidu tal-iżviluppi tat-Terminal VIP u SkyParks Business Centre 2.
Finanzjarjament, il-kumpanija qed tipproġetta dħul totali ta’ €126 miljun, EBITDA ta’ €79 miljun, qligħ nett ta’ €42 miljun, u nefqa kapitali ppjanata ta’ €45 miljun għas-sena 2024.