Lobbies għad-drittijiet umani u għall-gruppi LGBTQ qed jisħqu għal trasparenza mill-gvern dwar in-nefqa ta’ €2.5miljun fuq l-organizzazzjoni tal-EuroPride 2023.
L-għaqdiet – MGRM, Aditus, Graffitti, Drachma, ARC, and Checkpoint – qalu li għaqdiet mhux governattivi ġew imbuttati biex inaqqsu mill-ispejjeż ftit ġimgħat qabel il-bidu tal-EuroPride, iżda tħallew mingħajr sommarju tat-tqassim tal-baġit tal-EuroPride.
“Diversi organizzazzjonijiet representattivi u attivisti qajmu l-istess tħassib fil-Kunsill Konsultattiv LGBTIQ u mas-Segretarjar kemm-il darba, darba minnhom bejn April u Settembru 2023; diżorganizzazzjoni, biża’ ta’ eżerċizzju ta’ pinkwashing u dubji dwar ir-rwol tal-gvern fl-EuroPride, responsabbiltà, trasparenza tad-deċiżjonijiet, u l-flus li qed jintefqu f’attivitajiet stravaganti filwaqt li l-NGOs ġew imbuttati biex inaqqsu l-ispejjeż tal-attività tagħhom ftit ġimgħat qabel il-bidu tal-EuroPride,” qalu l-NGOs.
"It-teħid ta' deċiżjonijiet, il-komunikazzjonijiet, l-allokazzjoni tal-baġit u t-tmexxija ma kinux ċari minn stadju bikri fl-2023, u qajjem tħassib serju."
L-NGOs qalu li qed ileħħnu t-tħassib tagħhom rigward trasparenza u l-involviment tal-gvern fil-EuroPride 2023 “wara perjodu twil ta’ inċertezza u mistoqsijiet mhux imwieġba.”
L-NGOs qalu li ltaqgħu ma-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg u l-Kap tas-Segretarjat Carmen Sammut biex jiżguraw trasparenza u t-teħid ta’ deċiżjonijiet u jingħata summarju tal-baġit.
“Għall-bidu, serħulna moħħna u tlaqna minn hemm b’ċerta klarita. Sfortunatament, dan ma damx wisq u reġa’ tqajjem it-tħassib hekk kif beda l-ippjanar u l-loġistika.”
Minkejja ċ-ċertezza, is-summarju tal-baġit qatt ma wasal qabel il-bidu tal-EuroPride u lanqas il-membri tal-Kunsill Konsultattiv LGBTIQ għadhom ma rċivewh.
“Nuqqas ta’ komunikazzjoni, avviżi tardm tibdil fid-deċiżjonijiet ta’ fondi, baġit jiġi mmodifikat u ħafna aktar... teħid ta’ deċiżjonijiet mis-segretarjat mingħajr konsultazzjoni fost aktar problemi,” qalu l-NGOs
“Nappellaw lill-gvern biex ikun trasparenti dwar in-nefqa, li aħna nissuspettaw li hija ħafna iktar mill-€2,500,000 allokati għal EuroPride. Il-EuroPride għandha tpoġġi fuq quddiem lill-komunità u mhux isservi bħala pjattaforma għall-gvern biex juri l-aġenda progressiva tiegħu mentri membri minn tal-komunità tagħna xorta għadhom ikunu marġinati, diskriminati u anke jesperjenzaw vjolenza. Għandha tkun il-komunità li tmexxi, mhux il-gvern. Mingħajr informazzjoni trasparenti u komunikazzjoni ċara, il-fiduċja fil-komunità tagħna tinsab f’riskju, u għalhekk l-involviment tal-gvern f’prides futuri huwa dubjuż.”