61% tal-barranin f'Malta huma rġiel - NSO

L-età medja tal-barranin hija 10 snin iżgħar minn dik ta' residenti Maltin

Studju tal-istatistika tal-popolazzjoni ppublikat mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) nhar it-Tnejn ppreżentaw differenzi sinifikanti fil-kompożizzjoni tal-etajiet u l-ġeneri tar-residenti Maltin u barranin sal-aħħar tas-sena 2023

Waqt li d-distribuzzjoni fost ir-residenti Maltin huwa kważi bbilanċjat, b’49.8% rġiel u 50.2% nisa, il-popolazzjoni barranija turi differenza sustanzjali, b’61.1% rġiel u 38.9% nisa. Il-popolazzjoni barranija hija konsiderevolment iżgħar, bl-età medjana ta’ 32 sena kkumparata ma’ 43 sena fost ir-residenti Maltin.

Din ukoll tissuġġerixxi li l-etajiet medji tal-barranin naqqsu minn 34.9 fiċ-ċensiment li ġie mistħarreġ mill-2021 għal 32. Apparti minn hekk, ikkumparat mill-2021, il-presentaġġ ta’ Maltin fost il-barranin żdiedet minn 59.3% għal 61%

Dawn id-differenzi demografiċi huma enfasizzati aktar mill-proporzjon tad-dipendenza tax-xjuħija, li jkejjel in-numru ta’ nies ta’ 65 sena jew aktar ma’ kull 100 individwu tal-età tax-xogħol (bejn 20 u 64 sena).

Dan il-proporzjon jindika l-livell ta’ pressjoni ekonomika fuq il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol biex tappoġġja lill-anzjani.

Għall-popolazzjoni Maltija, il-proporzjon tad-dipendenza tax-xjuħija ilu jiżdied b’mod stabbli mill-2012, u żdied minn 28.2 għal 41.8 fl-2023.

Dan juri li l-popolazzjoni Maltija dejjem qed tixjieħ b'numru dejjem jikber ta' anzjani dipendenti. B'kuntrast, il-proporzjon tal-popolazzjoni barranija ilu jonqos, niżel minn 17.0 fl-2012 għal 4.4 biss fl-2023.

Dan it-tnaqqis sinifikanti jirrifletti s-struttura relattivament iżgħar fl-età tal-komunita barranija, li jinkludu dipendenti xjuħ inqas.

Il-porzjon tad-dipendenza totali għall-popolazzjoni totali baqgħet relattivament stabbli mill-2012. Din aktarx hi riżultat tad-diskrepanza bejn l-popolazzjoni Maltija li qiegħda tixjieħ u l-poplazzjoni iżgħar barranija.

Fl-2023, f’Malta l-popolazzjoni barranija laħqet il-158,368, voldieri tokkupa 28.1% tal-popolazzjoni totali.

Bejn l-2022 u l-2023, il-popolazzjoni barranija kibret b’15.3%, filwaqt li l-popolazzjoni Maltija rat żdieda minimali ta’ 0.1% biss. F’dan il-każ il-popolazzjoni Maltija għoliet minn 404,675 għal 405,075.

More in Socjali