Il-patri li sar Isqof ; Il-ħajja ta' Mgr Paul Cremona O.P.

L-istorja ta’ Patri Pawl Cremona, li matul ħajtu serva b’ġenerożità u umiltà

Ritratt: L-Arċidjoċesi Ta' Malta/Photocity
Ritratt: L-Arċidjoċesi Ta' Malta/Photocity

L-Isqof Emeritus Pawlu Cremona twieled  fil-25 ta’ Jannar tal-1946, fil-Belt Kapitali Valletta. Hu kien maħtur bħala l-isqof ta' Malta fl-2007. Huwa studja fl-iskola Montessori u wara l-liċeo fil-Ħamrun. Fl-1962, Cremona ingħaqad mal-Ordni Dumnikani, fejn sar professur fid-29 ta’ Settembru 1963. Pawlu Cremona ħalla din id-dinja it-Tlieta 18 ta' Marzu 2025 fl-eta ta' 79 sena.

Huwa kien bniedem li semma leħnu u kien meqjus bħala wieħed mill-figuri importanti fil-Knisja f'Malta, u kien magħruf għall-impenn tiegħu fl-edukazzjoni, il-pastoralità, u l-promozzjoni tal-valuri tal-Fidi. Wara li temm it-tgħalim tiegħu fis-Seminarju, Pawlu Cremona ingħata l-ordinazzjoni saċerdotali fl-1 ta' Novembru 1975. Kien jgħallem fi skejjel sekondarji u universitarji, u ħadem ukoll bħala direttur tal-iskola tal-Arcivescovali u l-Kulleġġ San Alwigi. Fl-2007, Pawlu Cremona ġie maħtur bħala l-Arcisqof ta' Malta. 

Imħabbtu kienet kbira immens lejn kulħadd. Din l-istess mħabba, hu kien dejjem jgħid li hija r-raġuni tat-tbissima li dejjem kien ikollu fuq wiċċu. Kien ta’ spiss jiltaqa’ ma familji li jkunu għaddejjin minn xi tbatija, u din lilu kienet tnissillu sens ta’ dwejjaq. Din kienet ir-raġuni li għalija daħal Dumnikan, biex b’hekk jgħix f’komunita ta’ nies. 

Fost mill-ħafna impenji tiegħu bħala arċisqof, hu kien iħobb jaħdem ħafna mat-tfal uż-żagħżagħ, u xhud ta’ dan hija l-Kummissjoni Djoċesana Tfal. Il-KDT li kienet ilha fi ħsieb l-isqof Cremona ġiet imwaqqfa sabiex tifhem u tipproteġi tfal fl-aspetti kollha tal-ħajja tagħhom, speċjalment jekk ikun hemm xi kwistjonijiet li jolqtu l-integrita’ tagħhom jew il-ġustizzja soċjali tagħhom.
L-impenji tiegħu għal protezzjoni u għajnuna tat-tfal juru kemm Pawlu Cremona kien attiv fil-pastoralita’ kif ukoll id-dedikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni tal-anzjani u tal-ġenerazzjoni ġejjiena. Dan l-impenn ta’ Cremona għadu effettiv sallum il-ġurnata, tant li mill- KDT ħarġet ukoll il- KDT+.  

L-umilta’ tiegħu kienet evidenti  u ġrajja li saħħaħ dan hi li meta ġie mistoqsi minn xi persuni għandhomx isejħulu “Eċċellenza” jew “Monsinjur.” Ir-risposta tiegħu kienet : “Qatt qrajtu l-kelma ‘Eċċellenza’ fil-Kelma t’Alla? Le, imma l-kelma ‘Missier’ issibuha. Tistgħu ssejħuli Father jew Patri Pawl.”

Wara r-riżenja tiegħu minn Arċisqof, Mons. Cremona stqarr li kienet ix-xewqa tiegħu li jerġa’ jiġi indirizzat bħala “Patri Pawl”,  prattikament neża t-titlu u libes l-umilta’. Kemm dam arċisqof Pawlu Cremona kien żar 67 parroċċa u kien ikollu mill-inqas erba’ laqgħat kuljum.

Permezz tal-aħħar ‘post’ tiegħu li kiteb nhar il-11 ta’ Marzu tal-2025, tixhed imħabbtu lejn il-bniedem. Għalkemm kien hu stess suġġett għall-mard, Mons. Cremona ħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu jduru lejn il-Mulej fit-talb u jressqu l-bżonnijiet tal-Papa Franġisku. 

 

Sors : Laikos

 

More in Socjali