Min qed jopponi l-adozzjoni tat-tfal

L-istqarrija tal-pedjatri Maltin dwar l-adozzjoni tat-tfal minn koppja omosesswali hija stramba, jekk mhux allarmanti.  

L-istqarrija tal-pedjatri Maltin dwar l-adozzjoni tat-tfal minn koppja omosesswali hija stramba, jekk mhux alarmanti.  

Għal snin twal, din l-għaqda li din il-gazzetta lanqas kienet taf li teżisti, għażlet li tibqa siekta fuq ħwejjeġ li jikkonċernaw lit-tfal.  

Issa f’daqqa waħda din l-għaqda sabet il-vuċi u esprimiet il-ħsieb tagħha dwar din il-proposta kontroversjali.

Indirizzat il-membri parlamentari, u għalhekk daħlet fl-isfera politika u d-dibattitu politiku.

Bħal fil-każ ta’ dawk l-għaqdiet ambjentali li tilfu l-vuċi tagħhom fi żmien ieħor dwar ħwejjeġ oħra, issa għandna għaqda oħra li qamet minn raqda twila u tħossha komda tippriedka x’taħseb.

Fl-aħħar snin konna nimmaġinaw li l-għaqda ta’ pedjatri kienet tesprimi opinjoni fuq dawn il-ħwejjeġ:

1) L-imġiba tal-ġenituri fuq it-tfal

2) Il-vjolenza fiżika fuq it-tfal

3) Il-bullying fl-iskejjel

4) L-abbuż sesswali

5) Dieta tat-tfal

6) Il-kurrikulu fl-iskejjel tat-tfal

7) L-għarfien ta’ problemi mediċi fit-tfal

8) In-nuqqas ta’ eżercizzju fit-tfal

9) It-theddida ta’ raġġi elektromagnetiċi fuq it-tfal

10) Il-pressjoni ta’ studju esaġerat fuq it-tfal

11) Il-dyslexia fost it-tfal

12) L-effetti ta’ każijiet ta’ separazzjoni fuq it-tfal

13) L-iġjene fost it-tfal

14) Id-dipendenza tat-tfal fuq it-televiżjoni

15) Kif adulti għandhom jittrattaw it-tfal

16) Il-qari fost it-tfal

Fuq dawn l-affarijiet ma qalet assolutament xejn.

Il-ħsieb tagħna hu li saret moda li topponi suġġerimenti li ma jkunux oriġinaw minn partit partikolari. Forsi tikxef ħsieb prevalenti li jekk toħroġ mill-PN kollox sew, jekk mill-PL mela żgur u ċertament wieħed għandu jopponi.

Nissuġerixxu li l-Għaqda tal-Pedjatri tagħmel dik li hi tajba li tagħmel, u ma tidħolx fil-fora politika.

More in Blogs