Id-disfunzjonijiet sesswali fil-ħajja tagħna

43% tan-nisa u 31% tal-irġiel jirrappurtaw xi grad ta' diffikultà sesswali

Nibda biex nawgura lill-qarrejja kollha ta' dan il-blogg sena mill-aqwa mimlija ferħ, paċi u ġid. 

Sa ftit żmien ilu ftit li xejn konna nisimgħu fuq is-sess u s-sesswalità. Illum il-ġurnata, allavolja ħafna nies għadhom iħossuhom skomdi jitkellmu dwar dan is-suġġett intimu, biss tal-inqas għall-grazzja t'Alla l-għarfien dwaru qiegħed jiżdied. Ħafna individwi u koppji li kienu jesperjenzaw xi forma ta' problema sesswali kienu jgħixu din il-problema fil-mistur u fil-ħemda. Din is-sena, permezz ta' dan il-blogg, beħsiebni naqbad ma' kull problema sesswali li jiena niltaqa' magħha, u niddiskutuhom fuq fuq. B'dan il-mod inkunu nistgħu niftħu diskussjoni iżjed aperta u serja, bit-tama li iżjed nies li jsibu ruħhom f'dawn is-sitwazzjonijiet xejn faċli ma jiddejqux imorru għal għajnuna. Jekk xejn, bniedem avżat, nofsu armat, jgħid il-Malti. 

43% tan-nisa u 31% tal-irġiel jirrappurtaw xi grad ta' diffikultà sesswali qabel u/jew waqt ir-rapport sesswali (Shifren, 2013). Dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jaffetwaw lil kulħadd (single, miżżewġa, f'relazzjoni, omosesswali, eterosesswali, bisesswali etċ). Dawn joħolqu ħafna tbatija psikoloġika fuq il-persuna (inkluż l-istima tagħhom infushom u d-dippressjoni), u anke fuq il-koppja.

Fortunatament, ħafna problemi relatati mad-disfunzjonijiet sesswali llum il-ġurnata jistgħu jiġu solvuti. Tiddejjaqx tmur għall-għajnuna professjonali.

Nieħu gost nisma' mingħandkom, għax b'dan il-mod inkunu qegħdin nitgħallmu minn xulxin. B'hekk, nixtieq inħeġġiġkom biex jekk għandkom xi suġġerimenti ta' kull tip, tikkuntattjawni fuq l-imejl [email protected]

Nawguralkom ħafna saħħa! 

More in Blogs